Il-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu (KIS) ħarġet mid-Dokument tas-Sinodu dwar il-Viżjoni ta’ Knisja Komunjoni. Il-KIS huwa grupp żgħir ta’ nies (minn tlieta sa erbgħa) li jiffaċilita l-implimentazzjoni tas-Sinodu fil-parroċċa.
Din taħdem id f’id mal-kappillan u l-Kunsill Pastorali Parrokkjali biex twassal tagħrif dwar it-tmien Dokumenti li ħarġu mis-Sinodu li huma:
Viżjoni ta’ Knisja Komunjoni
Kultura-Soċjetà-Knisja
Lajċi Nsara
Xandir tal-Kelma
Liturġija u Sagramenti
Djakonija u Ġustizzja
Żwieġ u Familja
Adolexxenti u Żgħażagħ
Għanijiet tal-Kummissjoni:
tanima l-komunità parrokkjali biex tkun iffurmata fil-valuri tas-Sinodu li huma: evanġelizzazjoni, komunjoni, formazzjoni, djalogu, qadi u solidarjetà;
taħdem u tikkoordina t-tħejjija tal-Pjan Pastorali;
b’koordinament mad-diversi Kummissjonijiet u Gruppi fil-Parroċċa, tagħmel evalwazzjoni kontinwa dwar kif miexi l-Pjan Pastorali Parrokkjali;
tikkoordina it-tħejjija għall-Assemblea Parrokkjali
Membri fil-Kummissjoni:
- Fr Charlon Muscat
- Ninette Borg Grech – [email protected] / 79442115
- Joseph J. Camilleri
- Maria Theresa Portelli
- George Saliba