Grupp Formazzjoni Liturġija tal-Ħadd
 

Dan il-il-grupp, li hu miftuħ għal kulħadd, jorganiżża laqgħat ta’ interess għal kulħadd fuq suġġetti varji. Diversi mistednin u kelliema jkellmu l-grupp fuq suġġetti li jgħoddu għal-ħajja ta’ kuljum. Minn ġimgħa għall-oħra, saċerdot jispjega l-vanġelu tal-Ħadd li jkun imiss u l-grupp jitlob flimkien u jaqsam kif il-vanġelu ikun laqtu b’mod personali. Dan il-mument jibda’ bil-qari tal-vanġelu tal-Ħadd u l-grupp jkun jista’ jsessaq id-diffikultajiet li jkollu fuq il-qari. Is-saċerdot jispjega il-vanġelu u flimkien niddiskutu kid dan jgħodd għall-ħajja ta’ kuljum. Dan il-grupp jgħin fil-formazzjoni umana tal-membri kif ukoll fil-ħajja spiritwali tagħhom.

Il-grupp jiltaqa’ kull nhar ta’ Tlieta fid-9.30am fiċ-Ċentru Parrokkjali​. Biex persuna tissieħeb fil-grupp, kull ma trid tagħmel hi li tibda tiġi għall-laqgħat tal-grupp.

Contact person: 

  • Doris Borg

[email protected] / 2149 5736 / 7990 0897