Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem
 

L-Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem twaqqfet fis-sena 1999 bil-għan li tieħu ħsieb l-organizzazzjoni ta’ wirjiet f’isem il-Parroċċa.

Din l-għaqda torganizza żewġ wirjiet prinċipali fiċ-Ċentru Parrokkjali fuq bażi annwali: wirja fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa u oħra fi żmien il-Milied.Dawn iż-żewġ wirjiet kibru mmens f’dawn l-aħħar snin u ta’ kull sena saru jattiraw numru kbir ta’ nies.Għaldaqstant, ħafna mill-enerġija tal-membri tkun iddedikata lejn dawn iż-żewġ wirjiet.

Barra minn hekk, l-Għaqda Wirjiet tieħu ħsieb ukoll ittella’ wirjiet oħra f’okkażjonijiet speċjali għall-Parroċċa. Fost dawn tellgħet wirja ta’ statwi titulari fis-sena 2008 u oħra fuq skala nazzjonali dwar San Ġużepp, fl-okkażjoni tal-35 u 40 Anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa rispettivament. L-Għaqda Wirjiet ġieli torganizza wkoll wirjiet oħra b’temi differenti, waqt attivitajiet organizzati mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara.

Minbarra l-wirjiet, il-membri ta’ din l-għaqda jagħtu sehemhom b’mod kostanti fl-attivitajiet tal-Parroċċa, b’mod speċjali fl-armar u manutenzjoni taċ-Ċentru Parrokkjali.Matul is-sena l-membri jiltaqgħu ta’ kuljum fiċ-Ċentru Parrokkjali biex jippreparaw armar ġdid għall-wirjiet li jkunu ġejjin, kif ukoll biex jiġi restawrat armar eżistenti.Sa mill-jiem bikrin ta’ kull sena, grupp ta’ membri jibdew iħejju wkoll ix-xogħol bis-smid, ross u għaġin għall-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa li tkun ġejja.

Lista ta’ Membri:

  • Is-Sur Vincent Mifsud (Chairman)
  • Is-Sur Clayton J. Mifsud (Segretarju)
  • Is-Sur Kenneth Cassar
  • Is-Sur Brandon Calleja
  • Is-Sur Paul Ellul
  • Is-Sur Kevin Pace
  • Is-Sur Mannes Pace
  • Is-Sur Michael Taliana
  • Is-Sur Roderick Taliana
  • Is-Sur Joe Valletta
  • Is-Sur Jesmond Parnis
  • Is-Sur Kevin Xuereb
  • Is-Sur Ivan Zammit

​​

Contact Person: 

  • Is-Sur Vincent Mifsud
  • is-Sur Clayton J. Mifsud

​

Email: [email protected]