L-Għaqda tal-Armar tieħu ħsieb l-armar kollu li jkun hemm bżonn isir fil-Parroċċa minn żmien għal żmien, kemm dak ta’ barra kif ukoll dak fil-Knisja Parrokkjali.Din l-għaqda ssuċċediet il-Kumitat tal-Festa, li twaqqaf fis-sena 1971.
L-ikbar impenn tal-Għaqda tal-Armar huwa, bla dubju ta’ xejn, il-festa titulari ta’ San Ġużepp Ħaddiem, li tiġi ċċelebrata nhar l-1 ta’ Mejju.Sa minn wara l-festa, isiru laqgħat ta’ evalwazzjoni tal-festa li tkun għadha kif għaddiet, kif ukoll biex jitħejja pjan għall-festa ta’ wara.
Matul is-sena, il-membri tal-għaqda jiltaqgħu frekwentament fil-Maħżen tal-Armar, biswit il-Knisja, biex iwettqu l-ħidma skond il-pjan li jkun ġie diskuss.L-għan aħħari jkun dejjem li jitħejja ambjent festiv fil-Parroċċa u biex il-festa tal-patrun tal-Parroċċa tagħna tkun iċċelebrata kif jixraq.
Minbarra l-festa titulari, din l-għaqda tieħu ħsieb ukoll l-armar relatat mal-festi tal-Madonna tar-Rużarju f’Ottubru, tad-Duluri u , fost l-oħrajn.
Lista ta’ Membri:
- Ir-Rev. Kappillan Dun Charlon Muscat
- Is-Sur Matthew Attard
- Is-Sur Charles Casha
- Is-Sur Kenneth Cassar
- Is-Sur Victor Deguara
- Is-Sur Maurizio Gauci
- Is-Sur Clayton J. Mifsud
- Is-Sur Paul Mifsud
- Is-Sur Vincent Mifsud
- Is-Sur Kevin Pace
- Is-Sur Mannes Pace
- Is-Sur Michael Taliana
- Is-Sur Roderick Taliana
- Is-Sur Jesmond Parnis
- Is-Sur Joe Valletta
- Is-Sur Silvio Valletta
- Is-Sur Raymond Vella
- Is-Sur Kevin Xuereb
- Is-Sur Ivan Zammit
Contact Persons:
- Is-Sur Maurizio Gauci
- is-Sur Clayton J. Mifsud
Email: [email protected]