Kummisjoni Liturġija
 

Il-Kummissjoni Liturġija taħdem biex tipprepara għaċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi li jsiru fi-ħdan il-parroċċa. L-għan tal-Kummissjoni Liturġija hu li l-komunita’ tiċċelebra b’mod ħaj il-liturġija, l-għaqda tagħna m’Alla u ma’ xulxin. Flimkien mall-kappillan niltaqghu kull xahar sabiex niddiskutu, nippjanaw u nippreparaw għaċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi li jsiru fil-parroċċa, inkluż il-quddies tal-Ħdud u l-festi, l-Avvent, in-Novena tal-Milied, il-Velja tal-Milied, ir-Randan, il-festa tad-Duluri, il-Ġimgha Mqaddsa, Corpus Christi ul-Festa tal-Madonna tar-Rużarju.

​

Il-Kummissjoni Liturġija torganizza wkoll laqgħat ta formazzjoni għall-animaturi tal-quddies, għal-letturi u għal-ministri tat-Tqarbin. Impenjati wkoll biex insaħħu il-liturġija tat-tfal f’ċerti quddies tas-Sibt filgħaxija u tal-Ħadd filgħodu, kif ukoll li nsaħħu l-esperjenza tal-liturġija animata bi stil żgħażugħ.

Membri fil-Kummissjoni:

​

  • Il-Kappillan Fr Charlon Muscat
  • Carmen Zammit (Moderatur) – [email protected]
  • Mario Schiavone (Ushers)
  • Anthony Cardona
  • Nicole Porter
  • Claudio Falzon
  • Maurizio Gauci (Kummissjoni Festa)