Il-Kummissjoni Parrokkjali Familja (KPF) twaqqfet fl-2005. L-għan prinċipali tal-Kummissjoni hu li twettaq ħidma fost il-familji fil-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem. Il-membri tal-KPF huma ħames koppji u saċerdot, li hu d-direttur spiritwali tal-Kummissjoni. Mill-bidu tat-twaqqif tal-KPF, saret enfasi li l-membri tagħha jeħtieġ jirċievu formazzjoni spiritwali. Din hi waħda mill-ħidmiet tas-saċerdot fil-Kummissjoni.
Minbarra l-laqgħat regolari ta’ darba f’xahar, il-KPF twettaq diversi ħidmiet:
Żjarat lill-familji li jkunu se jippreżentaw tarbija għall-magħmudija – hawn, is-saċerdot flimkien ma’ koppja mill-Kummissjoni, jispjegaw ir-rit tal-magħmudija lill-ġenituri u parrini, kif ukoll iħeġġu sabiex it-tarbija titrabba f’ambjent u b’valuri nsara;
Seminars għall-ġenituri flimkien mat-tfal tagħhom li se jersqu għall-Ewwel Tqarbina u għall-Griżma tal-Isqof – isiru żewġ seminars kull sena għal kull kategorija;
Laqgħat ta’ formazzjoni għall-koppji;
Eżerċizzi għall-koppji fi żmien ir-Randan;
Quddies bit-tema tal-familja fi żmien il-festa – jiġu ċċelebrati anniversarji speċjali taż-żwieġ ta’ koppji fil-parroċċa.
Il-KPF qiegħda tippjana ħidmiet oħra għall-futur biex ittejjeb is-servizzi lejn il-familji fil-Parroċċa.
Membri fil-Kummissjoni:
- Fr. Joe Borg
- Maria u Martin Conrad
- Graziella u Tony Gatt
- Maria u Godwin Attard
- George u Therese Pulo