M.U.S.E.U.M - Subien
MUSEUM tas-Subien
Din hija soċjetà li toffri tagħlim għal kulħadd.
L-iskop tas-Soċjetà tagħna huwa li teduka t-tfal,
l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ fil-fidi u tħejjihom
biex jagħrfu min huwa Ġesù u jibdew jgħixu bħalu.
Is-Soċjetà tgħinhom jilqgħu l-isfidi tad-dinja
tal-lum, jgħixu l-Magħmudija u jagħrfu dak li
jrid minnhom Alla. Tħejjihom ukoll biex jirċievu
s-Sagramenti. L-edukazzjoni fil-fidi tkompli
anke wara l-Griżma tal-Isqof.
Ġranet u Ħinijiet tal-MUSEUM
| Grupp | Ġranet | Ħinijiet u Attivitajiet |
|---|---|---|
| Year 1 sal-4 Sena Kateketika (Year 5) | It-Tlieta u l-Ġimgħa | 5:30pm – 6:15pm |
| Mill-Ħames Sena Kateketika ‘l fuq | Kuljum minbarra l-Erbgħa, inkluż is-Sibt | Lezzjoni fis-7:00pm |
| Tfal u Żgħażagħ | Il-Ħadd | 9:00am – Quddiesa Wara l-Quddiesa – Laqgħa fil-MUSEUM 3:30pm – Ħarġa |
| Adulti (Irġiel u Nisa) | Il-Ħadd (Ottubru sa April) | 7:00pm – Laqgħa ta’ madwar 30 minuta |
Post u Kuntatt
Indirizz: Triq Brared
Telefon:
2144 5218
Laqgħat għall-Adulti:
Fil-kappella tal-MUSEUM, bejn Ottubru u April.