Abbatini

Il-Grupp tal-Abbatini

Il-grupp tal-abbatini tal-parroċċa huwa magħmul minn tfal u żgħażagħ li bis-sehem tagħhom isebbħu l-liturġija u jgħinu fil-parteċipazzjoni tal-komunità fil-quddiesa. Il-grupp jinkludi kemm subien u kemm bniet tal-età ta’ wara l-Ewwel Tqarbina.

Barra l-parteċipazzjoni fil-liturġija, l-abbatini jkollhom formazzjoni apposta għalihom ta’ kull ġimgħa. L-għan ta’ dawn il-laqgħat hu li jikber l-għarfien u l-apprezzament tal-liturġija, filwaqt li l-abbatini, speċjalment dawk akbar fl-età, jikbru f’mexxejja responsabbli li jikkontribwixxu fil-komunità.

Laqgħat ta’ Formazzjoni

Ġurnata Ħin Post
Is-Sibt 3:30pm Iċ-Ċentru Parrokkjali jew il-knisja, skont il-bżonn

Il-Ħidma tal-Grupp

Il-grupp tal-abbatini kbar huwa maqsum f’ħames gruppi iżgħar, kull wieħed responsabbli minn qasam partikolari:

  • Rikreazzjoni
  • Fundraising
  • Ospitalità
  • Liturġija
  • Outreach

Minbarra l-laqgħat formattivi, jiġu organizzati diversi attivitajiet soċjali għat-tfal, kif ukoll attivitajiet li jinvolvu lill-ġenituri.

Membri fil-Kumitat tal-Abbatini

Isem
Luke Vella
Bernard Grima
Debbie Xuereb
Fiona Dimech
Fr Charlon Muscat

Ingħaqad mal-Abbatini

Kull min jixtieq jingħaqad mal-grupp jista’ jibda billi jattendi waħda mil-laqgħat tas-Sibt.

Email: [email protected]